At the studioIl-possibbiltajiet li jeżistu għat-tpinġija bil-watercolour huma bla tmiem. F’Malta kien hawn xi artisti li ppruvaw jaċċellaw f’din il-medium eċċitanti u eklettiku. Wieħed minn dawn l-artisti ewlenin hu Joseph Casapinta, li stabbilixxa ruħu sew f’dan il-medium u għamel isem għalih fl-istudji ta’ pajsaġġi mill-isbaħ u dak kollu li għandu x’jaqsam man-natura.

Joseph hu artist li żviluppa stil magħruf u uniku għall-bilanċ ta’ ħila u spontanjetà fit-tħaddim tal-pinzell għall-watercolour. L-artist jaħdem b’abbiltà u aġilità kbira u joħroġ fid-dieher l-influwenza kollha meħtieġa fil-pittura tiegħu billi jagħniha b’dawl u kuluri mill-isbaħ. Il-paletta tal-kulur ta’ Joseph Casapinta hi limitata ferm u permezz tagħha, b’mod effettiv, joħloq viżjoni artistika tad-dinja naturali li ssawwarna. Ġeneralment l-artist jffoka fuq l-impressjoni sħiħa li jilmaħ quddiemu. Imbagħad joħloqha b’mod u jżejjinha b’kuluri erojċi u daqqiet tal-pinzell espressivi waqt li jżomm id-dettalji fl-inqas livelli possibbli. Permezz tal-bilanċ fil-forom pożittivi u negattivi tal-kompożizzonijiet tiegħu, Joseph joħloq forom li jidħlu f’xulxin u li jippermettulu jipproduċi xogħlijiet tal-arti li huma dinamiċi u li jaslu jispjegaw u jiddefinixxu.

Joseph Casapinta jaffaxxina ruħu mmens bil-pajsaġġi, il-veduti tal-baħar u l-binjiet arkitettoniċi li għandna f’pajjiżna. Ħafna mill-pittura tiegħu jpittirha barra l-istudju, u għalhekk faċli ssibu fil-kampanja, ħdejn il-baħar jew f’postijiet urbani. Hi l-għaxqa tiegħu ipitter fit-toroq passaġġjużi tal-Belt Valletta; f’dawk dojoq tal-Imdina u fil-Kottonera.

It-tpinġija fuq barra dejjem tippreżenta numru ta’ diffikultajiet, fosthom bl-iskumdità lill-artist minħabba l-kundizzjonijiet differenti fit-temp Malti. Tkun sfida kbira għalih li jaħdem f’jiem meta jkun ir-riħ, ix-xita, jew fil-kesħa xxoqq l-għadam f’xi għodwa xitwija. Inkella meta jpitter taħt xemx taqli l-ankri f’xi jum sajfi u sħun. Minkejja dawn il-kundizzjonijiet, u kif diġà ntqal, l-artist iħobb ipitter fil-beraħ u din l-arti li jirnexxilu joħloq barra mill-istudju, iqisha bħala l-forte tiegħu. Hu jiggosta kull mument waqt li josserva s-sbuħija tal-ambjent tagħna u mbagħad jaħfnu u jittrażmettih f’kull dettal f’pittura fuq il-karta.

F’dawn l-aħħar snin ħidmet Joseph Casapinta evolviet konsiderevolment. Hu żviluppa stil ġdid fit-tpinġija bil-watercolour li hi unika u impressiva. Għal pittura tajba, l-artist jagħraf l-importanza li kull artist għandu jkollu fit-tagħlim tat-teknika u l-formazzjoni artistika qabel ma tabilħaqq ikun jista’ jitqies bħala surmast fil-medium imsemmi.

kitba ta’ Dr. Louis Lagana
Traduzzjoni mil l-Ingliż ta’ Sur Charles B. Spiteri